+Artikolu 34 Basktijiet tal-plastik
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
---+Artikolu 34 5

Artikolu 34 Basktijiet tal-plastik

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fuq it-territorju tagħhom.

Tnaqqis sostnut jitqies miksub jekk il-konsum annwali ma jaqbiżx l-40 basket tal-plastik ħafif per capita, jew il-mira ekwivalenti fil-piż, sal-31 ta' Diċembru 2025 u sussegwentement sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena minn hemm 'il quddiem.

Artikolu 34 2

2.   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jilħqu l-mira stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta jiġu mmanifatturati, irriċiklati jew mormija, u l-proprjetajiet tal-ikkompostjar tagħhom, id-durabbiltà jew l-użu maħsub speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 4, jinkludu restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni, dment li jkunu proporzjonati u nondiskriminatorji.

Artikolu 34 3

3.   Minbarra l-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri, bħal strumenti ekonomiċi, u miri nazzjonali ta' tnaqqis, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tiegħu, f'konformità mal-obbligi li jirriżultaw mit-TFUE.

Artikolu 34 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li huma meħtieġa għall-finijiet tal-iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ għall-bejgħ għall-ikel waħdu biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.

Artikolu 34 5

5.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-materjali tal-imballaġġ, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li x'aktarx ikollhom impatt aktar negattiv fuq l-ambjent milli basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi miri ta' tnaqqis u miżuri biex jintlaħqu dawk il-miri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.