+Artikolu 39 Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
|
Artikolu 39 Dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li r-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12 ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 39 2
|
2. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness VIII, ikun fiha l-elementi speċifikati fil-modulu rilevanti li jinsab fl-Anness VII u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Din għandha titfassal, jew tiġi tradotta, f'lingwa waħda jew aktar meħtieġa mill-Istat Membru li fih l-imballaġġ jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. Meta imballaġġ jew prodott fl-imballaġġ jiġi soġġett għal aktar minn att wieħed tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, għandha, fejn xieraq, titfassal dikjarazzjoni waħda ta' konformità tal-UE fir-rigward tal-atti kollha tal-Unjoni bħal dawn. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-atti tal-Unjoni kkonċernati u r-referenzi tal-pubblikazzjoni tagħhom. Id-dikjarazzjoni tista' tikkonsisti f’fajl magħmul minn dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE individwali rilevanti.
|
|
Artikolu 39 4
|
4. Meta jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-imballaġġ mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jivverifikaw l-akkuratezza ta' mill-anqas parti mid-dikjarazzjonijiet ta' konformità kull sena, ivvalutati b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqas ta' konformità, bħall-irtirar ta' prodotti mhux konformi mis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|