8. Meta produttur, qiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru kwantità ta' imballaġġ, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, jew fil-każ ta’ produttur definit fl-Artikolu 3(1), punt (15)(e), jispakkja kwantita’ ta’ imballaġġ ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 2, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarji preċedenti sħiħa.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’, għal sena kalendarja speċifika, jistabilixxi limitu massimu aktar baxx milli dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-Istat Membru altrimenti ma jkollux biżżejjed data preċiża sabiex:
|
(a)
|
jikkonforma mal-obbligi ta' rapportar skont l-Artikolu 56(1) u (2), f'dik is-sena kalendarja; u
|
|
(b)
|
jiżgura li l-bażi tad-data skont l-Artikolu 57 tkun kompluta u tipprovdi d-data skont l-Artikolu 56(2), il-punt (a).
|