+Artikolu 45 8

Artikolu 45 8

8.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe servizz msemmi fl-Artikolu 3, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu, permezz tal-użu ta' kwalunkwe bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli liberament jew interfaċċa online magħmula disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz tal-lista tar-reġistrazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 44(13) ta' dan ir-Regolament jew talbiet lill-produttur biex jipprovdi dokumenti ta' sostenn minn sorsi affidabbli, jagħmel l-aħjar sforzi biex jivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu hijiex affidabbli u kompluta. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta.

Meta l-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jikseb indikazzjonijiet suffiċjenti jew ikollu raġuni biex jemmen li kwalunkwe oġġett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 7 miksub mill-produttur ikkonċernat ma jkunx preċiż, ma jkunx komplut jew ma jkunx aġġornat, dak il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jitlob lill-produttur jirrimedja dik is-sitwazzjoni mingħajr dewmien żejjed jew fil-perjodu stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, kif applikabbli.

Meta l-produttur jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jissospendi malajr il-forniment tas-servizz tiegħu lil dak il-produttur fir-rigward tal-offerta tal-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni sakemm it-talba tkun ġiet issodisfata bis-sħiħ. Il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jipprovdi lill-produttur bir-raġunijiet għas-sospensjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.