5. L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti dwar l-organizzazzjoni tat-trattament tal-iskart mill-imballaġġ jew tonqos milli tissodisfa obbligi oħra tar-responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE jew skont din it-Taqsima, bħall-obbligi li tirrapporta lill-awtorità kompetenti, jew obbligi li tinnotifika kwalunkwe bidla għat-termini tal-awtorizzazzjoni jew jekk il-produttur ikun waqaf l-operazzjonijiet b’mod permanenti.