1. Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir separat ta' tal-inqas 90 % fis-sena skont il-piż tal-formati tal-imballaġġ li ġejjin li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru f'sena kalendarja partikolari:
|
(a)
|
fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri; u
|
|
(b)
|
kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri.
|
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat mill-imballaġġ imqiegħed fis-suq biex jikkalkolaw, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), il-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu.