+Artikolu 50 Sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu
---+Artikolu 50 1
---+Artikolu 50 2
---+Artikolu 50 3
---+Artikolu 50 4
---+Artikolu 50 5
---+Artikolu 50 6
---+Artikolu 50 7
---+Artikolu 50 8
---+Artikolu 50 9
---+Artikolu 50 10
---+Artikolu 50 11
---+Artikolu 50 12

Artikolu 50 Sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1

1.   Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir separat ta' tal-inqas 90 % fis-sena skont il-piż tal-formati tal-imballaġġ li ġejjin li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq għall-ewwel darba f'dak l-Istat Membru f'sena kalendarja partikolari:

(a)

fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri; u

(b)

kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat mill-imballaġġ imqiegħed fis-suq biex jikkalkolaw, f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), il-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 50 2

2.   Sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati rilevanti tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 u biex jiżguraw li d-depożitu jiġi impost fil-punt tal-bejgħ.

Artikolu 50 3

3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi fis-settur tal-HORECA milli jitolbu depożitu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ abbinat mad-depożitu jinfetaħ fil-post;

(b)

il-prodott jiġi kkunsmat fuq il-post; u

(c)

l-imballaġġ vojt abbinat ma' depożitu jiġi rritornat fuq il-post.

Artikolu 50 4

4.   Paragrafu 2 ma għandux japplika għal imballaġġ għal:

(a)

kategoriji ta' prodotti tad-dwieli elenkati fil-punti 1, 3, 8, 9, 11, 12, 15, 16 u 17, fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 251/2014;

(b)

prodotti li huma simili għal prodotti tal-inbid u prodotti tal-inbid aromatizzat, u li huma miksuba minn frott għajr għeneb u mill-ħxejjex, u xarbiet iffermentati oħra taħt il-kodiċi NM 2206 00;

(c)

xorb spirituż ibbażat fuq l-alkoħol li jikkorrispondi għall-intestatura NM 2208; u

(d)

il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fil-Parti XVI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss u l-kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li jesgħu inqas minn 0,1 litru mill-parteċipazzjoni fis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu fejn tali parteċipazzjoni ma tkunx teknikament fattibbli.

Artikolu 50 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jkunu eżentati mill-obbligu skont il-paragrafu 2 taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' ġbir separat kif meħtieġ skont l-Artikolu 48 tal-format tal-imballaġġ rilevanti kif sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 56(1), il-punt (c), hija 80 % jew ogħla skont il-piż ta' imballaġġ bħal dan imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għall-ewwel darba fis-sena kalendarja 2026; u

(b)

sal-1 ta’ Jannar 2028, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bit-talba tiegħu għall-eżenzjoni u jippreżenta pjan ta' implimentazzjoni li juri strateġija b'miżuri konkreti, inkluż l-iskeda ta' żmien tagħhom, li tiżgura l-kisba tar-rata tal-ġbir separat ta' 90 % skont il-piż tal-imballaġġ imsemmi fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tal-punt (a), meta l-informazzjoni dwar ir-rata tal-ġbir separat tal-forma ta’ imballaġġ rilevanti tkun għadha ma ġietx ippreżentata lill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi spjegazzjoni raġunata dwar kif il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu huma sodisfatti mod ieħor. Dik is-spjegazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data nazzjonali validata u tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri implimentati.

Artikolu 50 6

6.   Fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont il-paragrafu 5, il-punt (b), il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru jirrevedi il-pjan jekk tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5, il-punt (b). L-Istat Membru għandu jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni rivedut fi żmien 3 xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

Artikolu 50 7

7.   Jekk ir-rata tal-ġbir separat tal-imballaġġ imsemmija fil-paragrafu 1 fi Stat Membru tonqos u għal tliet snin kalendarji konsekuttivi tibqa' taħt id-90 % skont il-piż tal-format tal-imballaġġ partikolari mqiegħed fis-suq, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru li l-eżenzjoni ma għadhiex tapplika. Sistema ta' rifużjoni tad-depożitu għandha tiġi stabbilita sal-1 ta' Jannar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat li l-eżenzjoni ma għadhiex tapplika.

Artikolu 50 8

8.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu u jżommu sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, u għall-kartuni tax-xorb. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati tal-imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, ikunu disponibbli bl-istess mod għall-imballaġġ riutilizzabbli meta teknikament u ekonomikament fattibbli.

Artikolu 50 9

9.   Stat Membru jista' jadotta, filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u waqt li jaġixxi f’konformita’ ma’ dan ir-Regolament, dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan l-Artikolu, bħall-possibbiltà li jiġi inkluż l-imballaġġ elenkat fil-paragrafu 4 u l-imballaġġ għal prodotti oħra jew magħmul minn materjali oħra.

Artikolu 50 10

10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti ta' ritorn u l-opportunitajiet għall-imballaġġ riutilizzabbli b'fini u b'format simili għal dawk stabbiliti skont il-paragrafu 1 ikunu konvenjenti għall-utenti finali daqs kemm l-imsemmija punti ta' ritorn u l-opportunitajiet huma metajirritornaw l-imballaġġ li jintuża darba biss f'sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

Artikolu 50 11

11.   Sal-1 ta' Jannar 2029, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas is-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X.

Ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X ma għandhomx japplikaw għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li jilħqu l-mira ta' 90 % stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sal-1 ta' Jannar 2029. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi eżistenti ta' rifużjoni tad-depożitu li jintużaw darba biss jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X meta jiġu rieżaminati għall-ewwel darba. Jekk il-mira ta' 90 % ma tintlaħaqx sal-1 ta' Jannar 2029, is-sistemi eżistenti ta' rifużjoni tad-depożitu li jintużaw darba biss għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi fl-Anness X sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2035.

Sal-1 ta' Jannar 2038, il-Kummissjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u tidentifika kif tista' tiġi massimizzata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu.

Artikolu 50 12

12.   Ir-rekwiżiti minimi elenkati fl-Anness X ma għandhomx japplikaw fir-reġjuni ultraperiferiċi kif rikonoxxut fl-Artikolu 349, ir-raba' subparagrafu, TFUE, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.