8. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu u jżommu sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, u għall-kartuni tax-xorb. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu għall-formati tal-imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari għall-fliexken tax-xorb tal-ħġieġ li jintużaw darba biss, ikunu disponibbli bl-istess mod għall-imballaġġ riutilizzabbli meta teknikament u ekonomikament fattibbli.