+Artikolu 52 Miri tar-riċiklaġġ u promozzjoni tar-riċiklaġġ
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5
---+Artikolu 52 6

Artikolu 52 Miri tar-riċiklaġġ u promozzjoni tar-riċiklaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu l-miri tar-riċiklaġġ li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ iġġenerat;

(b)

sal-31 ta' Diċembru 2025, il-perċentwali minimi li ġejjin skont il-piż tal-materjali speċifiċi li ġejjin li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ iġġenerat:

(i)

50 % tal-plastik;

(ii)

25 % tal-injam;

(iii)

70 % tal-metall ferruż;

(iv)

50 % tal-aluminju;

(v)

70 % tal-ħġieġ;

(vi)

75 % tal-karta u tal-kartun;

(c)

sal-31 ta' Diċembru 2030, minimu ta' 70 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ iġġenerat;

(d)

sal-31 ta' Diċembru 2030, il-perċentwali minimi li ġejjin skont il-piż tal-materjali speċifiċi li ġejjin li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ iġġenerat:

(i)

55 % tal-plastik;

(ii)

30 % tal-injam;

(iii)

80 % tal-metall ferruż;

(iv)

60 % tal-aluminju;

(v)

75 % tal-ħġieġ;

(vi)

85 % tal-karta u tal-kartun.

Artikolu 52 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), Stat Membru jista' jipposponi l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), sa 5 snin, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment hija limitata għal massimu ta' 15-il punt perċentwali minn mira waħda jew maqsuma bejn żewġ miri;

(b)

bħala riżultat tad-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment, ir-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda ma titnaqqasx taħt it-30 %;

(c)

bħala riżultat tad-deroga mill-miri fil-perjodu tal-posponiment, ir-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (b)(v) u (vi) ma titnaqqasx taħt is-60 % u r-rata tar-riċiklaġġ għal mira waħda stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (d)(v) u (vi), ma titnaqqasx taħt is-70 %; u

(d)

sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel l-iskadenza rispettiva stabbilita fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (d), ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza u jippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Anness XI ta' dan ir-Regolament, li jista' jiġi kkombinat ma' pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont l-Artikolu 11(3), il-punt (b), tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 52 3

3.   Meta Stat Membru jitlob li jipposponi l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d) ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni ppreżentat skont il-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu titlob lill-Istat Membru jirrevedi dak il-pjan ta' jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XI. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan ta' implimentazzjoni rivedut fi żmien 3 xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' implimentazzjoni rivedut għadu ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XI u li huwa improbabbli li l-Istati Membru ser ikun jista' jilħaq il-miri fil-perjodu ta' posponiment skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-pjan ta' implimentazzjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mal-miri sal-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (d), ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 52 4

4.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (c) u (d), bil-ħsieb li żżidhom jew li tistabbilixxi miri oħra. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq.

Artikolu 52 5

5.   L-Istati Membri għandhom, meta xieraq, jinkoraġġixxu l-użu tal-materjali miksuba mir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ għall-manifattura tal-imballaġġ u ta' prodotti oħra billi:

(a)

jtejbu l-kundizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b)

jirrieżaminaw ir-regoli eżistenti li jipprevjenu l-użu ta' materjali bħal dawn.

Artikolu 52 6

6.   Filwaqt li josserva r-regoli ġenerali stabbiliti fit-TFUE u jaġixxi skont dan ir-Regolament, Stat Membru jista' jadotta dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-miri minimi stipulati f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.