5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista' jitkejjel fl-output ta' kwalunkwe operazzjoni ta' separazzjoni, dment li:
|
(a)
|
l-output ta' skart bħal dan huwa sussegwentement riċiklat;
|
|
(b)
|
il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi, li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni tar-riċiklaġġ u ma humiex sussegwentement riċiklati, ma huwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrapportat bħala riċiklat.
|