6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Dik is-sistema tista' tikkonsisti f'reġistri elettroniċi stabbiliti skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-iskart separat. Din tista' tikkonsisti wkoll f'rati medji ta' telf għall-iskart separat għal diversi tipi ta' skart u prattiki ta' mmaniġġar tal-iskart, rispettivament, dment li d-data affidabbli ma tkunx tista' tinkiseb b'mod ieħor. Ir-rati medji tat-telf għandhom jiġu kkalkulati abbażi tar-regoli tal-kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE.