1. Stat Membru jista' jiddeċiedi li jikseb livell aġġustat tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1) għal sena partikolari billi jitqies is-sehem medju, fit-3 snin preċedenti, tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba u użat mill-ġdid fi ħdan sistema għall-użu mill-ġdid.
Il-livell aġġustat għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas:
|
(a)
|
mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1), il-punti (a) u (c), is-sehem tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fl-imballaġġ għall-bejgħ kollu mqiegħed fis-suq; u
|
|
(b)
|
mill-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1), il-punti (b) u (d), is-sehem tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, magħmul mill-materjal tal-imballaġġ rispettiv, fl-imballaġġ għall-bejgħ kollu magħmul minn dak il-materjal imqiegħed fis-suq.
|
Ma għandhomx jitqiesu aktar minn ħames punti perċentwali tas-sehem medju tal-imballaġġ għall-bejgħ riutilizzabbli għall-kalkolu tal-livell tal-mira aġġustat.