+Artikolu 55 Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
---+Artikolu 55 3
|
Artikolu 55 Informazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1
|
1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE u fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, il-produtturi jew, meta inkarigati bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-Artikolu 46(1) ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew l-awtoritajiet pubbliċi maħtura mill-Istati Membri meta japplikaw l-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali, b’mod partikolari tal-konsumaturi, l-informazzjoni li ġejja dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-imballaġġ li l-produtturi jfornu fit-territorju ta' Stat Membru:
|
(a)
|
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-prevenzjoni tal-iskart, inkluż kwalunkwe prattika tajba;
|
|
(b)
|
l-arranġamenti tal-użu mill-ġdid disponibbli għall-imballaġġ;
|
|
(c)
|
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut għall-ġbir separat tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ, inkluż l-immaniġġar tal-imballaġġ li jkun fih prodotti jew skart perikoluż;
|
|
(d)
|
it-tifsira tat-tikketti u tas-simboli mwaħħla, stampati jew inċiżi fuq l-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament jew preżenti fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodott fl-imballaġġ;
|
|
(e)
|
l-impatt ta' rimi mhux xieraq ta' skart mill-imballaġġ, pereżempju bħala rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi jew fi skart muniċipali mħallat, fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem jew is-sikurezza ta' persuni u l-impatt ambjentali negattiv tal-imballaġġ li jintuża darba biss, b'mod partikolari l-basktijiet tal-plastik;
|
|
(f)
|
il-proprjetajiet tal-ikkompostjar u l-għażliet xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għall-imballaġġ kompostabbli f’konformità mal-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament; il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati li l-imballaġġ kompostabbli mhuwiex adatt għall-ikkompostjar domestiku u li l-imballaġġ kompostabbli ma għandux jintrema fin-natura.
|
L-obbligi skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) ta' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew mid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 12, skont liema tiġi l-aħħar.
|
|
Artikolu 55 2
|
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata u pprovduta permezz ta':
|
(a)
|
sit web jew mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika;
|
|
(b)
|
informazzjoni pubblika;
|
|
(c)
|
programmi u kampanji edukattivi;
|
|
(d)
|
is-sinjalazzjoni b'lingwa waħda jew aktar, li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali u mill-konsumaturi.
|
|
|
Artikolu 55 3
|
3. Meta l-informazzjoni tiġi pprovduta pubblikament, għandha tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|