+Artikolu 56 Rapportar lill-Kummissjoni
---+Artikolu 56 1
---+Artikolu 56 2
---+Artikolu 56 3
---+Artikolu 56 4
---+Artikolu 56 5
---+Artikolu 56 6
---+Artikolu 56 7
---+Artikolu 56 8
|
Artikolu 56 Rapportar lill-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni għal kull sena kalendarja:
|
(a)
|
id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 52(1), il-punti (a) sa (d), u d-data skont it-Tabella 2 tal-Anness XII dwar imballaġġ riutilizzabbli;
|
|
(b)
|
il-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, tal-basktijiet tal-plastik ħfief, tal-basktijiet tal-plastik oħxon u tal-basktijiet tal-plastik oħxon ħafna per capita, separatament għal kull kategorija kif elenkat fit-Tabella 4 tal-Anness XII;
|
|
(c)
|
ir-rata tal-ġbir separat tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 5 tal-Anness XII kopert mill-obbligu li jiġu stabbiliti sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti fl-Artikolu 50(2).
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll id-data dwar il-konsum annwali tal-basktijiet ta' materjali oħra.
|
|
Artikolu 56 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data li ġejja lill-Kummissjoni għal kull sena kalendarja:
|
(a)
|
il-kwantità ta' imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, jew spakkjat minn produttur mingħajr ma jkun l-utenti finali, għal kull kategorija tal-imballaġġ kif elenkata fit-Tabella 3 tal-Anness XII;
|
|
(b)
|
il-kwantità ta' skart tal-imballaġġ miġbur għal kull materjal tal-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 52;
|
|
(c)
|
il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ riċiklat u r-rati ta' riċiklaġġ għal kull kategorija tal-imballaġġ kif elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness XII.
|
|
|
Artikolu 56 3
|
3. L-ewwel sena ta' rapportar għandha tikkonċerna:
|
(a)
|
fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), u l-paragrafu 2, it-tieni sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rapportar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-paragrafu 7;
|
|
(b)
|
fir-rigward tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (c), is-sena kalendarja 2028.
|
|
|
Artikolu 56 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'mod elettroniku fi żmien 19-il xahar minn tmiem is-sena ta' rapportar li għaliha tkun inġabret id-data fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 56 5
|
5. Id-data ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta' kontroll tal-kwalità. Dak ir-rapport ta' kontroll tal-kwalità għandu jiġi ppreżentat fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 56 6
|
6. Id-data ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(7) u (11), u għandha tinkludi l-informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji tat-telf meta applikabbli.
|
|
Artikolu 56 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha, sat-12 ta’ Frar 2027, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu:
|
(a)
|
ir-regoli għall-kalkolu, għall-verifika u għall-preżentazzjoni tad-data f'konformità mal-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), u l-paragrafu 2, inkluż il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-kwantità tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat, u l-format għall-preżentazzjoni ta’ dik id-data;
|
|
(b)
|
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief per capita msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), u l-format għall-preżentazzjoni ta' dik id-data;
|
|
(c)
|
il-fattur ta' korrezzjoni msemmi fl-Artikolu 43(2) biex titqies iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tas-sena bażi.
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 56 8
|
8. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema tas-sistemi ta' użu mill-ġdid u l-operaturi ekonomiċi kollha li jqiegħdu l-imballaġġ fl-Istati Membri, jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti b'data akkurata u affidabbli li tippermetti lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu, meta rilevanti, il-problemi partikolari li jiffaċċaw intrapriżi żgħar u medji fir-rigward tal-forniment ta' data dettaljata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|