1. Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 58(5) u (6), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru skont l-Artikolu 58, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata.
Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).