+Artikolu 59 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 59 1
---+Artikolu 59 2
---+Artikolu 59 3
---+Artikolu 59 4
|
Artikolu 59 Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 59 1
|
1. Meta, wara li tkun tlestiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 58(5) u (6), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn Stat Membru skont l-Artikolu 58, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tikser il-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġġustifikata.
Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
|
Artikolu 59 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti mingħajr dewmien.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imballaġġ mhux konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.
|
|
Artikolu 59 3
|
3. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ jiġi attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
|
Artikolu 59 4
|
4. Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ jiġi attribwit għan-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni msemmija fl-Artikolu 37, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, temenda jew tħassar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni kkonċernati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|