2. Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti mingħajr dewmien.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li hija ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-imballaġġ mhux konformi jiġi rtirat mis-swieq tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq.
Jekk il-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira dik il-miżura.