+Artikolu 60 Imballaġġ konformi li jippreżenta riskju
---+Artikolu 60 1
---+Artikolu 60 2
---+Artikolu 60 3
---+Artikolu 60 4
---+Artikolu 60 5
|
Artikolu 60 Imballaġġ konformi li jippreżenta riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1
|
1. Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 58, Stat Membru jsib li għalkemm l-imballaġġ ikun konformi mar-rekwiżiti applikabbli fi jew skont l-Artikoli 5 sa 12, xorta waħda jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, huwa għandu, mingħajr dewmien, jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti:
|
(a)
|
jieħu l-miżuri xierqa kollha, f'perjodu ta' żmien raġonevoli preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u proporzjonati man-natura u, fejn rilevanti, il-grad tar-riskju, biex jiżgura li l-imballaġġ ikkonċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jibqax jippreżenta dak ir-riskju;
|
|
(b)
|
jagħmel l-imballaġġ konformi;
|
|
(c)
|
jirtira l-imballaġġ mis-suq; jew
|
|
(d)
|
isejjaħ lura l-imballaġġ.
|
|
|
Artikolu 60 2
|
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta jkun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem relatat mal-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt li jkun soġġett għal liġi speċifika li għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u dak ir-riskju ġie ttrasferit għall-kontenut fl-imballaġġ tal-materjal tal-imballaġġ, l-awtoritajiet ta' sorveljanza ma għandhomx iwettqu evalwazzjoni marbut mar-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li joriġina mill-materjal tal-imballaġġ. Minflok, huma għandhom javvertu l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll ta' tali riskji,jiġifieri l-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolamenti (UE) 2017/625, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746 jew (UE) 2019/6 jew fid-Direttiva 2001/83/KE.
|
|
Artikolu 60 3
|
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi fir-rigward tal-imballaġġ mhux konformi kollu li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq madwar l-Unjoni.
|
|
Artikolu 60 4
|
4. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet u bl-azzjonijiet sussegwenti tiegħu skont il-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, tal-oriġini u tal-katina tal-provvista tal-imballaġġ, tan-natura tar-riskju involut u tan-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
|
|
Artikolu 60 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali tkunx ġustifikata, u meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.
Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
Minħabba r-raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa tal-bniedem, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-att ta’ implimentazzjoni imsemmi f’dan il-paragrafu lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|