5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-paragrafu 4, inkluż il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-ipproċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 4.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).