+Artikolu 61 Kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni
---+Artikolu 61 1
---+Artikolu 61 2
---+Artikolu 61 3
---+Artikolu 61 4
---+Artikolu 61 5
|
Artikolu 61 Kontrolli fuq l-imballaġġ li jidħol fis-suq tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1
|
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkomunikaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 il-miżuri msemmija fl-Artikolu 58(5)ta' dan ir-Regolament meta n-nuqqas ta' konformità ma jkunx ristrett għat-territorju tagħhom. Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari d-dettalji meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi li għalih japplikaw il-miżuri u, fil-każ tal-prodott fl-imballaġġ, il-prodott innifsu.
|
|
Artikolu 61 2
|
2. L-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jużaw l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex iwettqu l-analiżi tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
|
|
Artikolu 61 3
|
3. Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir billi tiddaħħal l-informazzjoni fl-ambjent rilevanti tal-ġestjoni tar-riskju doganali.
|
|
Artikolu 61 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interkonnessjoni biex tawtomatizza l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mis-sistema tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(6) għall-ambjent imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dik l-interkonnessjoni għandha tibda topera mhux aktar tard minn 24 xhar mid-data tal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 61 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli proċedurali u d-dettalji tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni għall-paragrafu 4, inkluż il-funzjonalitajiet, l-elementi tad-data u l-ipproċessar tad-data, kif ukoll ir-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-kunfidenzjalità u l-kontroll għall-interkonnessjoni msemmija fil-paragrafu 4.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|