+Artikolu 63 Akkwist pubbliku ekoloġiku
---+Artikolu 63 1
---+Artikolu 63 2
---+Artikolu 63 3
---+Artikolu 63 4
---+Artikolu 63 5
|
Artikolu 63 Akkwist pubbliku ekoloġiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1
|
1. Sabiex jiġu inċentivati l-provvista u d-domanda għal imballaġġ ambjentalment sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta, sat-12 ta’ Frar 2030, atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw rekwiżiti obbligatorji minimi għal kuntratti pubbliċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE għal imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ jew għal servizzi li jużaw imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ jew id-Direttiva 2014/25/UE, u mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE jew fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, jew l-entitajiet kontraenti, kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/25/UE, li fihom l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ jirrappreżentaw iktar minn 30 % tal-istima tal-valur tal-kuntratt jew tal-valur tal-prodotti użati mis-servizzi li huma l-oġġett tal-kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 63 2
|
2. Ir-rekwiżiti stipulati fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi msemmija f'dak il-paragrafu li nbdew 12-il xahar jew aktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni kkonċernat.
|
|
Artikolu 63 3
|
3. Ir-rekwiżiti obbligatorji minimi dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti jew imsemmija fl-Artikoli 5 sa 11 u fuq l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
il-valur u l-volum tal-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-imballaġġ jew għall-prodotti fl-imballaġġ jew għas-servizzi jew ix-xogħlijiet li jużaw l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ;
|
|
(b)
|
il-fattibbiltà ekonomika għall-awtoritajiet kontraenti jew għall-entitajiet kontraenti biex jixtru imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ aktar ambjentalment sostenibbli, mingħajr ma jiġu involuti kostijiet sproporzjonati;
|
|
(c)
|
is-sitwazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni tal-imballaġġ jew tal-prodotti fl-imballaġġ rilevanti;
|
|
(d)
|
l-effetti tar-rekwiżiti fuq il-kompetizzjoni;
|
|
(e)
|
l-obbligi tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ.
|
|
|
Artikolu 63 4
|
4. Ir-rekwiżiti minimi obbligatorji għall-akkwist pubbliku ekoloġiku jistgħu jieħdu l-forma ta':
|
(a)
|
speċifikazzjonijiet tekniċi fis-sens tal-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2014/25/UE;
|
|
(b)
|
kriterji tal-għażla fis-sens tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE; jew
|
|
(c)
|
kundizzjonijiet għat-twettiq ta' kuntratti fis-sens tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24/UE u tal-Artikolu 87 tad-Direttiva 2014/25/UE.
|
Dawk ir-rekwiżiti minimi obbligatorji għall-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom jiġu żviluppati f'konformità mal-prinċipji li jinsabu fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE biex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 63 5
|
5. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jidderogaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika jew saħħa pubblika. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, jidderogaw minn dawk ir-rekwiżiti, jekk dawn iwasslu għal diffikultajiet tekniċi li ma jistgħux jiġu riżolti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|