+Artikolu 67 Emendi għad-Direttiva (UE) 2019/904
---+Artikolu 67 (1)
---+Artikolu 67 (2)
---+Artikolu 67 (3)
---+Artikolu 67 (4)
---+Artikolu 67 (5)

Artikolu 67 Emendi għad-Direttiva (UE) 2019/904

Id-Direttiva (UE) 2019/904 hija emendata kif ġej:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 67 (1)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn din id-Direttiva tmur kontra d-Direttiva 94/62/KE jew 2008/98/KE, din id-Direttiva għandha tipprevali sakemm mhux previst mod ieħor mir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2019/904, u li jħassar id-Direttiva 94/62/KE (ĠU L, 2025/40, 22.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/40/oj)”;"

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva jmur kontra l-Artikolu 25(1) u (6) tar-Regolament (UE) 2025/40 fir-rigward tal-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss elenkat fil-punt (3) tal-Anness V ta' dak ir-Regolament, għandu jipprevali l-Artikolu 25(1) u (6) ta' dak ir-Regolament.”

;
Artikolu 67 (2)

fl-Artikolu 6(5), il-punti (a) u (b) jitħassru mill-1 ta' Jannar 2030 jew 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2025/40, skont liema tiġi l-aħħar;

Artikolu 67 (3)

fl-Artikolu 13(1), il-punt (e) jitħassar mill-1 ta' Jannar 2030 jew 3 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (UE) 2024/40, skont liema tiġi l-aħħar;

Artikolu 67 (4)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data u l-informazzjoni rappurtati skont dan l-Artikolu u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data u l-informazzjoni, is-sorsi tad-data u l-informazzjoni u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-data u dik l-informazzjoni. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data u informazzjoni mill-Istati Membri u kull 4 snin wara dan.”

Artikolu 67 (5)

Il-Parti B tal-Anness hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 7, 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(7)

Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), jiġifieri reċipjenti bħal kaxxi, b'għatu jew mingħajru, użati biex ikollhom kontenut ta' ikel fihom li:

(a)

jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala takeaway;

(b)

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur; u

(c)

huwa lest biex jiġi kkunsmat mingħajr aktar preparazzjoni, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inkluż kontenituri tal-ikel użati għal fast food jew ikel ieħor lest għall-konsum immedjat, ħlief kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li jkun fihom l-ikel;

(8)

Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

(9)

Tazzi għax-xorb magħmula minn polistiren espandut (EPS) jew estruż (XPS), inkluż l-għotjien tagħhom;”

;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(10)

Tgeżwir li jiċkien fid-daqs li jintuża fl-ajruporti jew fl-istazzjonijiet tal-ferrovija għall-protezzjoni tal-bagalji waqt it-trasport;

(11)

Ċipep ta' polistiren u plastik ieħor li jintużaw biex jipproteġu oġġetti ppakkjati waqt it-trasport u l-immaniġġar;

(12)

Ċrieki tal-plastik f'diversi pakketti użati bħala imballaġġ kollettiv kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt 6, tar- Regolament (UE) 2025/40.”.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.