3. F’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari kull meta dawk ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa biex jiġu protetti persuni fiżiċi abbażi tas-sikurezza u kunsiderazzjonijiet etiċi tal-pazjent billi jdewmu l-aċċess għad-data elettronika personali tagħhom dwar is-saħħa għal perjodu ta’ żmien limitat sakemm professjonist tas-saħħa jkun jista’ jikkomunika u jispjega lill-persuni fiżiċi l-informazzjoni kkonċernata li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tagħhom.