+Artikolu 3 Dritt tal-persuni fiżiċi li jaċċessaw id-data elettronika personali tagħhom dwar is-saħħa
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3

Artikolu 3 Dritt tal-persuni fiżiċi li jaċċessaw id-data elettronika personali tagħhom dwar is-saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw minn tal-inqas data elettronika personali dwar is-saħħa li tirrelata magħhom li tappartjeni għall-kategoriji ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 14 u huma pproċessati għall-forniment tal-kura tas-saħħa permezz tas-servizzi ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 4. L-aċċess għandu jiġi pprovdut immedjatament wara li d-data elettronika personali dwar is-saħħa tkun ġiet irreġistrata f’sistema ta’ EHR, filwaqt li jiġi rrispettat il-bżonn għall-prattikabbiltà teknoloġika, u għandhu jingħata mingħajr ħlas u b’mod li jinqara faċilment, huwa konsolidat u f’format aċċessibbli.

Artikolu 3 2

2.   Il-persuni fiżiċi, jew ir-rappreżentanti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(2), għandu jkollhom id-dritt li jniżżlu mingħajr ħlas, kopja elettronika ta’ mill-inqas id-data elettronika personali dwar is-saħħa fil-kategoriji ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 14 relatata ma dawk il-persuni fiżiċi, permezz tas-servizzi għall-aċċess tad-data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 4, fil-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 15.

Artikolu 3 3

3.   F’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari kull meta dawk ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa biex jiġu protetti persuni fiżiċi abbażi tas-sikurezza u kunsiderazzjonijiet etiċi tal-pazjent billi jdewmu l-aċċess għad-data elettronika personali tagħhom dwar is-saħħa għal perjodu ta’ żmien limitat sakemm professjonist tas-saħħa jkun jista’ jikkomunika u jispjega lill-persuni fiżiċi l-informazzjoni kkonċernata li jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq is-saħħa tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.