2. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi pprovduta, mingħajr ħlas u mingħajr dewmien, permezz ta’ servizzi tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa u għandha tkun disponibbli għal mill-inqas tliet snin minn kull data tal-aċċess għad-data. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, dan li ġej:
|
(a)
|
informazzjoni dwar il-fornitur tal-kura tas-saħħa jew individwi oħra li aċċessaw id-data elettronika personali dwar is-saħħa;
|
|
(b)
|
id-data u l-ħin tal-aċċess;
|
|
(c)
|
liema data elettronika personali dwar is-saħħa ġiet aċċessata.
|