4. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, inklużi b’rabta mas-semantika, l-uniformità, il-konsistenza, il-preċiżjoni u l-kompletezza, għar-reġistrazzjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa f’sistema ta’ EHR kif rilevanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
Meta d-data elettronika personali dwar is-saħħa tiġi rreġistrata jew aġġornata, ir-rekords elettroniċi tas-saħħa għandhom jidentifikaw il-professjonist tas-saħħa, u l-fornitur tal-kura tas-saħħa li jkun wettaq tali reġistrazzjoni jew aġġornament, u l-ħin li fiħ twettqet tali reġistrazzjoni jew aġġornament. L-Istati Membri jistgħu jiirikjedu li jiġu rreġistrati aspetti oħra tar-reġistrazzjoni tad-data.