+Artikolu 13 Reġistrazzjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Reġistrazzjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta d-data elettronika dwar is-saħħa tiġi pproċessata għall-forniment tal-kura tas-saħħa, il-fornituri tal-kura tas-saħħa jirreġistraw id-data elettronika personali rilevanti dwar is-saħħa li taqa’ kompletament jew parzjalment taħt mill-inqas il-kategoriji ta’ prijorità tad-data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14 f’format elettroniku f’sistema ta’ EHR.

Artikolu 13 2

2.   Meta jipproċessaw id-data f’format elettroniku, il-fornituri tal-kura tas-saħħa għandhom jiżguraw li d-data elettronika personali dwar is-saħħa tal-persuni fiżiċi li jkunu taħt il-kura tagħhom tiġi aġġornata b’informazzjoni relatata mal-kura tas-saħħa.

Artikolu 13 3

3.   Meta data elettronika personali dwar is-saħħa tkun irreġistrata fi Stat Membru ta’ trattament li jkun differenti mil-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tal-persuna fiżika kkonċernata, l-Istat Membru ta’ trattament għandu jiżgura li r-reġistrazzjoni ssir taħt id-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna fiżika fl-Istat Membru ta’ affiljazzjoni.

Artikolu 13 4

4.   Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, inklużi b’rabta mas-semantika, l-uniformità, il-konsistenza, il-preċiżjoni u l-kompletezza, għar-reġistrazzjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa f’sistema ta’ EHR kif rilevanti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Meta d-data elettronika personali dwar is-saħħa tiġi rreġistrata jew aġġornata, ir-rekords elettroniċi tas-saħħa għandhom jidentifikaw il-professjonist tas-saħħa, u l-fornitur tal-kura tas-saħħa li jkun wettaq tali reġistrazzjoni jew aġġornament, u l-ħin li fiħ twettqet tali reġistrazzjoni jew aġġornament. L-Istati Membri jistgħu jiirikjedu li jiġu rreġistrati aspetti oħra tar-reġistrazzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.