1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu servizzi supplimentari permezz ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) li jiffaċilitaw it-telemediċina, is-saħħa mobbli, l-aċċess minn persuni fiżiċi għat-traduzzjonijiet eżistenti tad-data tas-saħħa tagħhom, l-iskambju jew il-verifika ta’ ċertifikati relatati mas-saħħa, inkluż servizzi ta’ kard tat-tilqim li jappoġġaw is-saħħa pubblika u l-monitoraġġ tas-saħħa pubblika jew sistemi, servizzi u applikazzjonijiet interoperabbli tas-saħħa diġitali, bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà, tissaħħaħ il-kontinwità tal-kura u jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali servizzi supplimentari permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).