5. Qabel ma joħroġ permess tad-data skont l-Artikolu 68 jew jipprovdi risposta għal talba għad-data dwar is-saħħa sottomessa skont l-Artikolu 69, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinforma lill-applikant tad-data dwar is-saħħa dwar it-tariffi stmati. L-applikant għad-data dwar is-saħħa għandu jiġi infurmat dwar l-għażla li jirtira l-applikazzjoni ta’ aċċess għal data dwar is-saħħa jew talba għad-data dwar is-saħħa. Jekk l-applikant għal data dwar is-saħħa jirtira l-applikazzjoni jew it-talba tiegħu, l-applikant għandu jintalab iħallas biss il-kostijiet li jkunu diġà ġġarrbu.