2. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiżguraw li d-data elettronika dwar is-saħħa mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa fil-format speċifikat fil-permess tad-data tkun tista’ tittella’ minn dawk id-detenturi tad-data dwar is-saħħa u tkun tista’ tiġi aċċessata mill-utent tad-data dwar is-saħħa f’ambjent tal-ipproċessar sigur.
Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jirrieżaminaw id-data dwar is-saħħa elettronika inkluża f’talba għal tniżżil biex jiżguraw li l-utenti tad-data dwar is-saħħa jkunu jistgħu jniżżlu biss data elettronika mhux personali dwar is-saħħa, inkluża data elettronika dwar is-saħħa f’format ta’ statistika anonimizzata, mill-ambjent tal-ipproċessar sigur.