2. Meta r-reġistri jew il-bażijiet tad-data minn għadd ta’ Stati Membri jorganizzaw ruħhom f’network wieħed ta’ reġistri jew ta’ bażijiet tad-data fil-livell tal-Unjoni, ir-reġistri jew il-bażijiet ta’ data assoċjati jistgħu jiddeżinjaw koordinatur biex jiżgura l-forniment ta’ data min-network tar-reġistri jew talbażijiet ta’ data għall-użu sekondarju. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-koordinatur tan-network għandu jkun kompetenti biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa li għandhom jintużaw biex jingħata aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għan-network ta’ reġistri jew bażijiet tad-data.