1. L-awtoritajiet tas-saħħa diġitali, il-korpi għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, il-parteċipanti awtorizzati fl-infrastrutturi transkonfinali previsti fl-Artikoli 23 u 75 u utenti tad-data dwar is-saħħa għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi, legali u organizzazzjonali raġonevoli kollha, inkluż l-arranġamenti kuntrattwali, sabiex jevitaw it-trasferiment ta’ data elettronika mhux personali dwar is-saħħa miżmuma fl-Unjoni lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluż għall-aċċess governattiv f’pajjiż terz, meta tali trasferiment joħloq kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.