+Artikolu 89 Aċċess internazzjonali governattiv għad-data elettronika mhux personali dwar is-saħħa
---+Artikolu 89 1
---+Artikolu 89 2
---+Artikolu 89 3
---+Artikolu 89 4
---+Artikolu 89 5

Artikolu 89 Aċċess internazzjonali governattiv għad-data elettronika mhux personali dwar is-saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 89 1

1.   L-awtoritajiet tas-saħħa diġitali, il-korpi għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, il-parteċipanti awtorizzati fl-infrastrutturi transkonfinali previsti fl-Artikoli 23 u 75 u utenti tad-data dwar is-saħħa għandhom jieħdu l-miżuri tekniċi, legali u organizzazzjonali raġonevoli kollha, inkluż l-arranġamenti kuntrattwali, sabiex jevitaw it-trasferiment ta’ data elettronika mhux personali dwar is-saħħa miżmuma fl-Unjoni lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluż għall-aċċess governattiv f’pajjiż terz, meta tali trasferiment joħloq kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 89 2

2.   Kwalunkwe sentenza ta’ qorti jew tribunal ta’ pajjiż terz u kwalunkwe deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li tirrikjedi lil awtorità tas-saħħa diġitali, lil korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew lil utenti tad-data dwar is-saħħa jittrasferixxu data elettronika mhux personali dwar is-saħħa jew għall-għoti ta’ aċċess għaliha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament miżmuma fl-Unjoni, għandha tiġi rikonoxxuta jew eżegwita bi kwalunkwe mod biss jekk tkun ibbażata fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat dwar l-assistenza legali reċiproka, fis-seħħ bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni jew kwalunkwe ftehim bħal dan bejn il-pajjiż terz rikjedenti u Stat Membru.

Artikolu 89 3

3.   Fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2, fejn awtorità tas-saħħa diġitali, korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew utent tad-data dwar is-saħħa jkun d-destinatarju ta’ deċiżjoni jew ta’ sentenza ta’ qorti jew ta’ tribunal ta’ pajjiż terz jew ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li tirrikjedihom jitrasferixxu jew jew jagħtu aċċess għal data mhux personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament miżmuma fl-Unjoni u l-konformità ma’ tali deċiżjoni jew sentenza tirriskja li tqiegħed lid-destinatarju f’kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti, it-trasferiment ta’ tali data jew l-aċċess għal tali data lil dak il-qorti, dak it-tribunal jew dik l-awtorità amministrattiva tal-pajjiż terz għandu jseħħ jew jiġi pprovdut biss meta:

(a)

is-sistema legali tal-pajjiż terz tirrikjedi li jiġu stabbiliti r-raġunijiet u l-proporzjonalità ta’ tali deċiżjoni jew sentenza, u tirrikjedi li tali deċiżjoni jew sentenza tkun ta’ natura speċifika, pereżempju billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ma’ ċerti persuni suspettati jew ksur;

(b)

l-oġġezzjoni motivata tad-destinatarju tkun suġġetta għal rieżami minn qorti jew tribunal kompetenti tal-pajjiż terz; and

(c)

il-qorti jew it-tribunal kompetenti tal-pajjiż terz li jagħti d-deċiżjoni jew is-sentenza jew li jirrieżamina d-deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva huma mogħtija s-setgħa mil-liġi nazzjonali tal- pajjiż terz li jqisu kif xieraq l-interessi legali rilevanti tal-fornitur tad-data protetta mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.

Artikolu 89 4

4.   Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jew 3, awtorità tas-saħħa diġitali, korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew organizzazzjoni tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data għandu jipprovdi l-ammont minimu ta’ data permissibbli bi tweġiba għal talba, abbażi ta’ interpretazzjoni raġonevoli tat-talba.

Artikolu 89 5

5.   L-awtoritajiet tas-saħħa diġitali, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa u utenti tad-data dwar is-saħħa għandhom jinformaw lid-detentur tad-data dwar is-saħħa dwar l-eżistenza ta’ talba ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz biex taċċessa d-data tiegħu qabel ma jikkonforma ma’ dik it-talba, ħlief fejn it-talba sservi għanijiet ta’ infurzar tal-liġi u sakemm il-konformità tkun meħtieġa biex tiġi ppreservata l-effettività tal-attività tal-infurzar tal-liġi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.