7. Il-Bord tal-EHDS għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u kodiċi ta’ kondotta, wara proposta mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ta’ proċedura għandhom jipprevedu l-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-kooperazzjoni tas-sottogruppi msemmijafil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-kooperazzjoni tal-Bord tal-EDHS mal-forum tal-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 93
Il-Bord tal-EHDS għandu jadotta deċiżjonijiet b’kunsens kemm jista’ jkun. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens il-Bord il-Bord tal-EHDS għandu jadotta deċiżjonijiet b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Membri.