+Artikolu 94 1

Artikolu 94 1

1.   Il-Bord tal-EHDS għandu jkollu l-kompiti li ġejjin relatati mal-użu primarju tad-data elettronika dwar is-saħħa f’konformità mal-Kapitoli II u III:

(a)

jgħin lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni tal-prattiki tal-awtoritajiet tas-saħħa diġitali;

(b)

joħroġ kontribuzzjonijiet bil-miktub u jaqsam l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni fil-livell tal-Istati Membri, filwaqt li jqis il-livell reġjonali u dak lokali, ta’ dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, b’mod partikolari fir-rigward:

(i)

tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III;

(ii)

tal-iżvilupp ta’ servizzi online li jiffaċilitaw l-aċċess sigur, inkluża l-identifikazzjoni elettronika sigura, għal data elettronika dwar is-saħħa għall-professjonisti tas-saħħa u għall-persuni fiżiċi;

(iii)

aspetti oħra relatati mal-użu primarju.

(c)

jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa diġitali permezz tal-bini tal-kapaċità, billi jistabbilixxi l-qafas għar-rapportar tal-attività imsemmi fl-Artikolu 20 u l-iskambju tal-informazzjoni;

(d)

jikkondividi fost il-membri tiegħu informazzjoni dwar ir-riskji ppreżentati mis-sistemi ta’ EHR u dwar inċidenti serji kif ukoll it-trattament ta’ dawn ir-riskji u inċidenti;

(e)

jiffaċilita l-iskambju ta’ fehmiet dwar l-użu primarju mal-forum tal-partijiet ikkonċernati msemmi fl-Artikolu 93, kif ukoll mar-regolaturi u dawk li jfasslu l-politika fis-settur tas-saħħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.