+Artikolu 11 Riskju tal-kreditu
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
|
Artikolu 11 Riskju tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi qafas b’saħħtu biex ikejjel, iżomm monitoraġġ u jiġġestixxi l-iskoperturi ta’ kreditu tiegħu fost parteċipanti li jirriżultaw mill-ħlas ta’ SIPS, u l-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu.
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Operatur ta’ SIPS għandu jidentifika s-sorsi kollha tar-riskju ta’ kreditu. Il-kejl u l-monitoraġġ tal-iskoperturi ta’ kreditu għandhom iseħħu matul il-jum, bl-użu ta’ informazzjoni fil-ħin u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju.
|
|
Artikolu 11 3
|
3. Fil-każ ta’ sistema DNS, l-operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li:
|
(a)
|
l-obbligi finanzjarji jiġu stabbiliti mhux aktar tard mill-mument li fih ordni ta’ trasferiment jiġi inkluż fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet tas-saldu netti aċċessibbli għal kull parteċipant; u
|
|
(b)
|
ikun hemm biżżejjed riżorsi biex ikopru l-iskoperturi ta’ kreditu li jirriżultaw skont il-paragrafi 4 u 5 l-iktar tard fil-mument imsemmi fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 11 4
|
4. Operatur ta’ SIPS, inkluż wieħed li jopera sistema tad-DNS b’garanzija għas-saldu, li matul l-operazzjonijiet tas-SIPS jinkorri skopertura ta’ kreditu vis-à-vis l-parteċipanti tas-SIPS, għandu jkopri skopertura ta’ kreditu għal kull parteċipant bl-użu ta’ kollateral, fondi ta’ garanzija, ekwità (wara tnaqqis tal-ammont dedikat li jkopri riskju ta’ negozju ġenerali) jew riżorsi finanzjarji ekwivalenti oħra.
|
|
Artikolu 11 5
|
5. Operatur ta’ SIPS, inkluż ta’ sistema tad-DNS mingħajr garanzija tas-saldu, imma fejn parteċipanti tas-SIPS jiffaċċjaw skoperturi ta’ kreditu li jinħolqu mill-ħlas, il-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu tas-SIPS, għandu jkollu stabbiliti regoli jew arranġamenti kuntrattwali ma’ dawn il-parteċipanti. Ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jiżguraw li l-parteċipanti jipprovdu riżorsi suffiċjenti, kif imsemmi fil-paragrafu 4, biex ikopru skoperturi ta’ kreditu li jirriżultaw mill-ħlas, il-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu tas-SIPS fir-rigward taż-żewġ parteċipanti li, flimkien mal-affiljati tagħhom, għandhom l-ikbar skopertura ta’ riskju aggregat.
|
|
Artikolu 11 6
|
6. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri biex jindirizzaw telf li direttament jirriżulta minn inadempjenzi minn wieħed jew iktar parteċipanti dwar l-obbligazzjonijiet tagħhom lis-SIPS. Dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jindirizzaw l-allokazzjoni ta’ telf potenzjali li mhuwiex kopert, inkluż il-ħlas lura ta’ kwalunkwe fondi li operatur ta’ SIPS jista’ jissellef minn fornituri ta’ likwidità. Huma għandhom jinkludu r-regoli u l-proċeduri tal-operatur ta’ SIPS dwar il-forniment mill-ġdid ta’ kwalunkwe riżorsi finanzjarji użati mis-SIPS waqt każ ta’ stress, sal-livell stipulat f’paragrafi 4 u 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|