5. Operatur ta’ SIPS, inkluż ta’ sistema tad-DNS mingħajr garanzija tas-saldu, imma fejn parteċipanti tas-SIPS jiffaċċjaw skoperturi ta’ kreditu li jinħolqu mill-ħlas, il-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu tas-SIPS, għandu jkollu stabbiliti regoli jew arranġamenti kuntrattwali ma’ dawn il-parteċipanti. Ir-regoli u l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jiżguraw li l-parteċipanti jipprovdu riżorsi suffiċjenti, kif imsemmi fil-paragrafu 4, biex ikopru skoperturi ta’ kreditu li jirriżultaw mill-ħlas, il-proċessi tal-ikklerjar u tas-saldu tas-SIPS fir-rigward taż-żewġ parteċipanti li, flimkien mal-affiljati tagħhom, għandhom l-ikbar skopertura ta’ riskju aggregat.