7. Dawn l-istrumenti kollha għandhom jippermettu li l-flus kontanti jkunu disponibbli f’perijodu ta’ żmien li jippermetti s-saldu fl-istess jum. B’mod partikolari, l-operatur tas-SIPS għandu jkun jista’ juri li l-istrumenti mhux fi flus kontanti jkunu disponibbli faċilment u konvertibbli fi flus kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta’ finanzjamenti rranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress.
L-operatur ta’ SIPS għandu jkun ppreparat li juri lill-awtorità kompetenti, skont valutazzjoni interna adegwata, li l-bank kummerċjali huwa finanzjarjament affidabbli.
Operatur ta’ SIPS li jirregola ħlasijiet bilaterali jew ħlasijiet unilaterali f’muniti barra mill-euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 4, fil-modi msemmija fil-paragrafu 6.