+Artikolu 13 Riskju ta’ likwidità
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
---+Artikolu 13 6
---+Artikolu 13 7
---+Artikolu 13 8
---+Artikolu 13 9
---+Artikolu 13 10
---+Artikolu 13 11
---+Artikolu 13 12
---+Artikolu 13 13
---+Artikolu 13 14

Artikolu 13 Riskju ta’ likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi qafas komprensiv biex jiġġestixxi riskji ta’ likwidità maħluqa mill-parteċipanti tas-SIPS, banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta’ likwidità u entitajiet rilevanti oħra. L-operatur ta’ SIPS għandu jipprovdi lill-parteċipanti b’għodda adegwata biex il-likwidità tagħhom tiġi ġestita u għandu jżomm monitoraġġ u jiffaċilita l-fluss bla xkiel tal-likwidità fis-sistema.

Artikolu 13 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jimplimenta għodod operattivi u analitiċi, li jippermettulu jidentifika, ikejjel u jżomm monitoraġġ tas-saldu u l-flussi ta’ finanzjament, inkluż l-użu tal-likwidità intraday, fuq bażi f’waqtha u kontinwa.

Artikolu 13 3

3.   Operatur ta’ SIPS li jopera sistema DNS għandu jiżgura li:

(a)

l-obbligi finanzjarji jiġu stabbiliti mhux aktar tard mill-mument li fih ordni ta’ trasferiment jiġi inkluż fil-kalkolu tal-pożizzjonijiet tas-saldu netti aċċessibbli għal kull parteċipant; u

(b)

hemm biżżejjed riżorsi likwidi miżmumin skont il-paragrafi 4 sa 7 l-iktar tard fil-mument imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 13 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu jkollu, jew jiżgura li parteċipanti jkollhom, f’kull ħin riżorsi likwidi suffiċjenti mill-mument li jiġu stabbiliti obbligi finanzjari, fil-muniti kollha li jopera bihom, biex jagħmel saldu tal-obbligi finanzjarji fl-istess jum f’ambitu wiesa’ ta’ xenarji potenzjali ta’ stress. Fejn xieraq, dan jinkludi saldu intraday jew multiday. Ix-xenarji ta’ stress għandhom jinkludu:

(a)

inadempjenza tal-parteċipant, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandhom l-ikbar obbligu finanzjarju aggregat; u

(b)

xenarji oħra skont il-paragrafu 12.

Artikolu 13 5

5.   Operatur ta’ SIPS li jirregola ħlas unilaterali f’euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 4, biex jagħmel fil-ħin is-saldu tal-obbligi finanzjarji fil-każ ta’ inadempjenza tal-parteċipant li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandu l-ikbar obbligu finanzjarju aggregat kif determinat mill-paragrafu 4(a), b’xi mod minn dawn li ġejjin:

(a)

fi flus kontanti mal-Eurosistema; jew

(b)

f’kollateral eliġibbli kif iddefinit fil-qafas kollaterali tal-Eurosistema stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (12) u l-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (13) dment li l-operatur ta’ SIPS jista’ juri li dak il-kollateral huwa disponibbli faċilment u konvertibbli fi flus kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta’ arranġamenti ta’ finanzjament irranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f’kndizzjonijiet tas-suq ta’ stress.

Artikolu 13 6

6.   Operatur ta’ SIPS li jissalda ħlas unilaterali f’euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi addizzjonali, skont il-paragrafi 4, il-punt (b), bil-modi msemmija fil-paragrafu 5 jew ma’ bank kummerċjali finanzjarjament affidabbli f’wieħed jew iktar minn dawn l-istrumenti li ġejjin:

(a)

linji ta’ kreditu impenjati;

(b)

swaps impenjati ta’ kambju barrani;

(c)

repos impenjati;

(d)

attiv li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1), li huma miżmuma minn kustodju;

(e)

investimenti.

Artikolu 13 7

7.   Dawn l-istrumenti kollha għandhom jippermettu li l-flus kontanti jkunu disponibbli f’perijodu ta’ żmien li jippermetti s-saldu fl-istess jum. B’mod partikolari, l-operatur tas-SIPS għandu jkun jista’ juri li l-istrumenti mhux fi flus kontanti jkunu disponibbli faċilment u konvertibbli fi flus kontanti fuq bażi tal-istess jum bl-użu ta’ finanzjamenti rranġati minn qabel u affidabbli ħafna, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq ta’ stress.

L-operatur ta’ SIPS għandu jkun ppreparat li juri lill-awtorità kompetenti, skont valutazzjoni interna adegwata, li l-bank kummerċjali huwa finanzjarjament affidabbli.

Operatur ta’ SIPS li jirregola ħlasijiet bilaterali jew ħlasijiet unilaterali f’muniti barra mill-euro għandu jkollu, jew jiżgura li l-parteċipanti jkollhom, riżorsi likwidi suffiċjenti, skont il-paragrafu 4, fil-modi msemmija fil-paragrafu 6.

Artikolu 13 8

8.   Fejn operatur ta’ SIPS jissupplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 4 b’attiv ieħor, dan l-attiv għandu x’aktarx ikun negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral (pereżempju linji ta’ kreditu, swaps, jew repos) fuq bażi ad hoc wara inadempjenza, anke jekk dan ma jistax ikun stabbilit minn qabel jew garantit b’mod affidabbli taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi imma plawżibbli. Meta parteċipant jissupplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 4 ma’ attiv ieħor, l-operatur ta’ SIPS għandu jiżgura li dan l-asttiv l-ieħor jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu. L-attiv għandu jiġi preżunt bħala probabbli li jkun negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral jekk l-operatur ta’ SIPS ikun ħa kont tar-regoli u l-prattiki tal-bank ċentrali rilevanti dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral.

Artikolu 13 9

9.   Operatur ta’ SIPS m’għandux jassumi li kreditu ta’ emerġenza tal-bank ċentrali se jkun disponibbli.

Artikolu 13 10

10.   Operatur ta’ SIPS għandu jwettaq diliġenza dovuta biex jivverifika li kull fornitur tar-riżorsi likwidi tas-SIPS taħt paragrafu 4:

(a)

ikollu informazzjoni suffiċjenti u aġġornata biex jifhem u jiġġestixxi r-riskji tal-likwidità assoċjati mal-forniment ta’ flus kontanti jew attiv; u

(b)

għandu l-kapaċità li jipprovdi flus kontanti jew attiv kif meħtieġ.

L-operatur ta’ SIPS għandu jirrevedi l-konformità tiegħu mal-obbligu tad-diliġenza dovuta mill-inqas darba fis-sena. Entitajiet b’aċċess ta’ kreditu mill-bank ċentrali tal-ħruġ biss għandhom jiġu aċċettati bħala fornituri ta’ likwidità. L-operatur ta’ SIPS għandu regolarment jittestja l-proċeduri tas-SIPS għall-aċċess tar-riżorsi likwidi tiegħu.

Artikolu 13 11

11.   Operatur ta’ SIPS b’aċċess għall-kontijiet tal-bank ċentrali, servizzi ta’ ħlas jew servizzi ta’ titoli għandu juża dawn is-servizzi, fejn prattikabbli.

Artikolu 13 12

12.   Operatur ta’ SIPS għandu, permezz tal-ittestjar ta’ stress rigoruż, jiddetermina l-ammont u jittestja regolarment is-suffiċjenza tar-riżorsi likwidi tiegħu sabiex jissoddisfa r-rekwiżiti taħt il-paragrafi 4 u 5. Fit-twettiq tal-ittestjar tal-istress, l-operatur ta’ SIPS għandu jikkunsidra firxa wiesgħa ta’ xenarji rilevanti, inkluż inadempjenza waħda jew iżjed tal-parteċipant fl-istess jum u f’jumejn jew iktar sussegwenti.

Meta jiġu kkunsidrati dawn ix-xenarji, id-disinn u l-operazzjoni ta’ SIPS għandhom jiġu kkunsidrati u l-entitajiet kollha li jistgħu jkunu ta’ riskju ta’ likwidità materjali tas-SIPS għandhom jiġu eżaminati, inkluż banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta’ likwidità u IFM relatati. Meta jkun xieraq, ix-xenarji għandhom ikopru perijodu multiday.

Artikolu 13 13

13.   Operatur ta’ SIPS għandu jiddokumenta r-raġunijiet tiegħu għall-investiment, u għandu jkollu arranġamenti xierqa ta’ governanza relatati mal-flus kontanti u attiv ieħor miżmum minnu jew mill-parteċipanti. Għandu jistabbilixxi proċeduri ċari għar-rappurtar tar-riżultati tat-testijiet tal-istress tiegħu lill-Bord u għandu juża dawn ir-riżultati għall-evalwazzjoni tal-adegwatezza ta’ u jagħmel aġġustamenti fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tiegħu.

Artikolu 13 14

14.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri ċari li jippermettu lis-SIPS li jimplimenta s-saldu tal-obbligi finanzjarji dakinhar u, fejn xieraq, intraday u multiday f’waqtu wara l-inadempjenza ta’ wieħed jew iktar mill-parteċipanti tiegħu. Dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom:

(a)

(a) jindirizzaw nuqqasijiet ta’ likwidità mhux previsti u potenzjalment mhux koperti;

(b)

ikollhom l-għan li jiġi evitat li l-obbligi finanzjarji għas-saldu fl-istess jum jiġu xolti, revokati jew imdewma;

(c)

jindikaw kif ifornu mill-ġdid il-flus kontanti u attiv ieħor użat mis-SIPS matul avveniment ta’ stress, sa fejn hu meħtieġ skont il-paragrafi 4 sa 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.