10. Operatur ta’ SIPS għandu jwettaq diliġenza dovuta biex jivverifika li kull fornitur tar-riżorsi likwidi tas-SIPS taħt paragrafu 4:
|
(a)
|
ikollu informazzjoni suffiċjenti u aġġornata biex jifhem u jiġġestixxi r-riskji tal-likwidità assoċjati mal-forniment ta’ flus kontanti jew attiv; u
|
|
(b)
|
għandu l-kapaċità li jipprovdi flus kontanti jew attiv kif meħtieġ.
|
L-operatur ta’ SIPS għandu jirrevedi l-konformità tiegħu mal-obbligu tad-diliġenza dovuta mill-inqas darba fis-sena. Entitajiet b’aċċess ta’ kreditu mill-bank ċentrali tal-ħruġ biss għandhom jiġu aċċettati bħala fornituri ta’ likwidità. L-operatur ta’ SIPS għandu regolarment jittestja l-proċeduri tas-SIPS għall-aċċess tar-riżorsi likwidi tiegħu.