3. Operatur ta’ SIPS għandu jżomm monitoraġġ tal-konformità tal-parteċipanti mal-kriterji ta’ aċċess u parteċipazzjoni tas-SIPS fuq bażi kontinwa. Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi proċeduri li mhumiex diskriminatorji li jiffaċilitaw is-suspensjoni u t-terminazzjoni ordinata tad-dritt tal-parteċipant li jipparteċipa fejn il-parteċipant jonqos milli jikkonforma mal-kriterji u għandu jiżvela pubblikament aspetti ewlenin rilevanti ta’ dawn il-proċeduri. Huwa għandu jirrevedi l-proċeduri mill-inqas darba fis-sena.