+Artikolu 27 Żvelar tar-regoli, proċeduri ewlenin u data tas-suq
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4
---+Artikolu 27 5
|
Artikolu 27 Żvelar tar-regoli, proċeduri ewlenin u data tas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1
|
1. Operatur ta’ SIPS għandu jadotta regoli u proċeduri ċari u komprensivi li huma żvelati b’mod sħiħ lill-parteċipanti. Ir-regoli u l-proċeduri ewlenin rilevanti għandhom jiġu żvelati pubblikament ukoll.
|
|
Artikolu 27 2
|
2. Operatur ta’ SIPS għandu jiżvela deskrizzjonijiet ċari tal-operazzjonijiet u d-disinn tas-sistema, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-operatur ta’ SIPS, sabiex il-parteċipanti jistgħu jevalwaw ir-riskji li jġarrbu billi jipparteċipaw fis-SIPS.
|
|
Artikolu 27 3
|
3. Operatur ta’ SIPS għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u t-taħriġ meħtieġ u xieraq biex jiffaċilita il-fehim tal-parteċipanti tar-regoli u l-proċeduri tas-SIPS u r-riskji li jiffaċċjaw billi jipparteċipaw fis-SIPS.
|
|
Artikolu 27 4
|
4. Operatur ta’ SIPS għandu jiżvela pubblikament ir-rati ta’ ħlas fil-livell tas-servizzi individwali li toffri kif ukoll fil-politiki ta’ skont tiegħu. L-operatur ta’ SIPS għandu jipprovdi deskrizzjonijiet ċari tas-servizzi ipprezzati għall-finijiet ta’ komparabbiltà.
|
|
Artikolu 27 5
|
5. Operatur ta’ SIPS għandu jlesti u jiżvela pubblikament ir-risposti għall-qafas tal-Iżvelar tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Huwa għandu jaġġorna r-risposti tiegħu wara tibdiliet materjali lis-sistema jew l-ambjent tagħha, imma mill-inqas kull sentejn. Operatur ta’ SIPS għandu wkoll, mill-inqas, jiżvela d-data bażika dwar it-tranżazzjoni tal-volumi u tal-valuri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|