+Artikolu 29 Setgħat ta’ awtorità kompetenti
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2

Artikolu 29 Setgħat ta’ awtorità kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   Awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa:

(a)

tikseb, fi kwalunkwe ħin, minn operatur ta’ SIPS l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament jew li tippromwovi l-operat bla xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas f’livell sistemiku. L-operatur ta’ SIPS għandu jirrapporta l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed;

(b)

teħtieġ li operatur ta’ SIPS jaħtar espert indipendenti biex jagħmel investigazzjoni jew reviżjoni indipendenti dwar l-operazzjoni tas-SIPS. L-awtorità kompetenti tista’ timponi rekwiżiti dwar it-tip ta’ espert li għandu jinħatar, il-kontenut u l-ambitu tar-rapport li għandu jiġi prodott, it-trattament tar-rapport, inklużi l-iżvelar u l-pubblikazzjoni ta’ ċerti elementi, u l-ħin għall-produzzjoni tar-rapport. Operatur ta’ SIPS għandu jinforma lill-awtorità kompetenti kif ir-rekwiżiti imposti ġew issodisfatti;

(c)

jagħmel spezzjoni fil-post jew jiddelega t-twettiq ta’ spezzjonijiet fil-post. Fejn ikunu meħtieġa l-aġir xieraq u l-effiċjenza ta’ spezzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tagħmilha mingħajr preavviż.

Artikolu 29 2

2.   Deċiżjoni (UE) 2019/1349 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2019/25) (14) tispeċifika l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju minn awtorità kompetenti tas-setgħat stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.