1. L-operaturi ekonomiċi għandhom jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
jistabbilixxu pjan ta' ġestjoni tar-riskju għal kull installazzjoni f'konformità mal-Anness I, filwaqt li tqis in-natura u d-daqs tal-installazzjoni kif ukoll l-iskala tal-operazzjonijiet tagħha;
|
|
(b)
|
jinstallaw it-tagħmir u jeżegwixxu l-proċeduri deskritti fil-pjan ta' ġestjoni tar-riskju; u
|
|
(c)
|
jinnotifikaw il-pjan ta' ġestjoni tar-riskju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tinsab l-installazzjoni flimkien ma' awtodikjarazzjoni ta' konformità maħruġa f'konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Anness II.
|
L-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu l-pjan ta' ġestjoni tar-riskju aġġornat, filwaqt li jqisu b'mod partikolari n-nuqqasijiet identifikati permezz tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġar ta' pellets tal-plastik, u għandhom jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.