2. L-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju jew kbar li jħaddmu installazzjonijiet fejn ikunu ġew immaniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet ta' anqas mil-limitu ta' 1 500 tunnellata fis-sena kalendarja preċedenti jew li huma mikrointrapriżi għandhom jinnotifikaw aġġornament tal-pjan ta' ġestjoni tar-riskju għal kull installazzjoni kif ukoll tiġdid tal-awtodikjarazzjoni ta' konformità lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun l-installazzjoni kull ħames snin mill-aħħar notifika.