+Artikolu 7 Konformità permezz ta' permessi
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2

Artikolu 7 Konformità permezz ta' permessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1), il-punt (c), u l-Artikolu 5(2) kif ukoll mill-obbligu li jiksbu ċertifikat skont l-Artikolu 6(1), (2) u (3) fir-rigward ta' kull installazzjoni, dment li:

(a)

l-operat tal-installazzjoni huwa soġġett għal permess;

(b)

l-operatur ekonomiku jkun innotifika lill-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta' permessi bil-pjan ta' ġestjoni tar-riskju tiegħu kif ukoll l-aġġornamenti tiegħu kull tliet snin għal intrapriżi kbar, erba' snin għal intrapriżi ta' daqs medju u ħames snin għal mikrointrapriżi u dawk żgħar;

(c)

il-permess ikun ingħata jew ġie rieżaminat u, jekk ikun meħtieġ, aġġornat abbażi tal-verifika tal-konformità tal-operatur ekonomiku mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I wara n-notifika ta' pjan ta' ġestjoni tar-riskju u aġġornamenti sussegwenti, kif imsemmi fil-punt (b); u

(d)

l-installazzjoni tkun soġġetta għal spezzjonijiet regolari mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż żjarat fuq il-post, li jeżaminaw il-firxa sħiħa tal-effetti ambjentali rilevanti, inkluż dawk tat-tixrid u t-telf, bil-perjodiċità msemmija fl-Artikolu 5(2) u l-perjodiċità ekwivalenti għal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1), (2) u (3).

Artikolu 7 2

2.   L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-eżenzjoni tal-operaturi ekonomiċi u r-regoli nazzjonali dwar il-permessi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.