+Artikolu 8 Konformità permezz ta’ sistemi ta' ġestjoni ambjentali
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
|
Artikolu 8 Konformità permezz ta’ sistemi ta' ġestjoni ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1
|
1. L-operaturi ekonomiċi li huma rreġistrati mal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 għandhom ikunu eżentati mill-konformità mal-obbligi stabbilit fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) ta' dan ir-Regolament dment li l-verifikatur ambjentali kif definit fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ikun ivverifika li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ġew inklużi fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-operatur ekonomiku u ġew implimentati.
|
|
Artikolu 8 2
|
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-operaturi ekonomiċi mill-konformità mal-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6(1), (2) u (3) jekk ikunu ħejjew u implimentaw sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) għal kull installazzjoni, u dment li:
|
(a)
|
ċertifikatur akkreditat ikun wettaq valutazzjoni tal-konformità biex jivverifika, inkluż permezz ta' kontrolli fuq il-post, li l-EMS u l-mod kif tiġi implimentata huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;
|
|
(b)
|
l-operatur ekonomiku jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-EMS imsemmija fil-punt (a), inkluż informazzjoni dwar l-operatur ekonomiku, l-installazzjoni li għaliha tiġi vverifikata l-konformità, id-data li fiha jitwettqu l-verifiki fuq il-post, u l-perjodu li għalih tkun valida l-valutazzjoni tal-konformità; u
|
|
(c)
|
il-valutazzjonijiet regolari tal-konformità tal-EMS jinkludu, mill-inqas kull tliet snin, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|