1. L-operaturi ekonomiċi li huma rreġistrati mal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 għandhom ikunu eżentati mill-konformità mal-obbligi stabbilit fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) ta' dan ir-Regolament dment li l-verifikatur ambjentali kif definit fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 ikun ivverifika li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ġew inklużi fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-operatur ekonomiku u ġew implimentati.