+Artikolu 11 1

Artikolu 11 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, inkluż b'mod sistematiku permezz tal-internet, fuq sit web li jkun faċli biex jinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti rreġistrati, filwaqt li jiżguraw li tiġi ssalvagwardjata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni li jkunu rċevew skont l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4;

(b)

il-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2);

(c)

l-awtodikjarazzjonijiet ta' konformità li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2);

(d)

iċ-ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 6 u n-notifiki li jkunu rċevew f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu;

(e)

il-kontenut tad-deċiżjoni li tagħti permess, inkluż kopja tal-permess u kwalunkwe aġġornament sussegwenti jew link għal reġistri jew siti web eżistenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, li jipprovdu aċċess għal tali permessi u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom; u

(f)

il-kontenut tal-valutazzjoni ta' konformità tal-EMS li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 8(2), il-punt (b).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.