+Artikolu 11 Aċċess pubbliku għall-informazzjoni
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4

Artikolu 11 Aċċess pubbliku għall-informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, inkluż b'mod sistematiku permezz tal-internet, fuq sit web li jkun faċli biex jinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti rreġistrati, filwaqt li jiżguraw li tiġi ssalvagwardjata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali, dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni li jkunu rċevew skont l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4;

(b)

il-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2);

(c)

l-awtodikjarazzjonijiet ta' konformità li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 5(1) u (2);

(d)

iċ-ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 6 u n-notifiki li jkunu rċevew f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu;

(e)

il-kontenut tad-deċiżjoni li tagħti permess, inkluż kopja tal-permess u kwalunkwe aġġornament sussegwenti jew link għal reġistri jew siti web eżistenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, li jipprovdu aċċess għal tali permessi u l-aġġornamenti sussegwenti tagħhom; u

(f)

il-kontenut tal-valutazzjoni ta' konformità tal-EMS li jkunu rċevew f'konformità mal-Artikolu 8(2), il-punt (b).

Artikolu 11 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti, meta jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu, ma għandhomx jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fl-Anness I, il-paragrafu 1, il-punt (b). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu barra partijiet mill-informazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ta' dan l-Artikolu, jekk id-divulgazzjoni tal-informazzjoni taffettwa b'mod negattiv is-sikurezza tal-installazzjonijiet ikkonċernati jew is-sikurezza tal-popolazzjoni lokali, jew kwalunkwe wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 4(2), il-punti (a) sa (h), tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw il-partijiet tal-informazzjoni li huma jqisu li ma għandhiex tiġi żvelata pubblikament.

Artikolu 11 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' siti web nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1 fuq is-sit web tagħha, dment li l-informazzjoni meħtieġa tiġi ppreżentata mill-Istati Membri.

Artikolu 11 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tar-rappreżentanti awtorizzati maħtura ta' trasportaturi mhux tal-UE abbażi tal-informazzjoni ppreżentata lilha skont l-Artikolu 4(3) u għandha tagħmel dik il-lista disponibbli għall-pubbliku, inkluż b'mod sistematiku permezz tal-internet, fuq sit web li tkun faċli biex tinstab, mingħajr ħlas u mingħajr ma jiġi ristrett l-aċċess għall-utenti rreġistrati, filwaqt li tiżgura li tiġi ssalvagwardata informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.